Juri t-tħassib tiegħu għal-logħba politika tal-Oppożizzjoni għad-dannu tal-istituzzjonijiet – One News

Notifiki

Juri t-tħassib tiegħu għal-logħba politika tal-Oppożizzjoni għad-dannu tal-istituzzjonijiet

Filwaqt li jinnota r-riżenja tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Ryan Callus mill-Bord tal-Artijiet, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali wera t-tħassib tiegħu għal-logħba politika li qed tipprova tilgħab l-Oppożizzjoni għad-dannu tal-istituzzjonijiet.

Il-Gvern saħaq li l-kwistjoni prinċipali hija l-kredibbiltà li l-Oppożizzjoni hija nieqsa minnha.

Il-Gvern fakkar li l-ġimgħa l-oħra, meta kien qed jitkellem fil-Parlament, il-Membru Parlamentari Ryan Callus wera nuqqas ta’ qbil ma’ deputata oħra tal-Oppożizzjoni, Marthese Portelli, li qalet li l-partiti m’għandhomx jibqgħu bir-rappreżentanti tagħhom fl-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ma jistgħux jafdaw lill-Partit Nazzjonalista, li jmur kontra dak li jkun għadu kif qal.

Il-Partit Laburista qal li Callus rriżenja u bħala ġustifikazzjoni ġab deċiżjoni li ttieħdet f’Awwissu li għadda.

“Dan jagħti daqqa ta’ ħarta kbira lil kwalunkwe kredibbiltà li seta’ kellu l-Partit Nazzjonalista, anke jekk meta wieħed jitkellem dwar artijiet, ftit li xejn seta’ kellu wara dak li għamel Jason Azzopardi, kif ikkonfermat minn rapporti differenti tal-Awditur Ġenerali”, saħaq il-Partit Laburista fi stqarrija separata.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend