Il-LESA bi ftehim kollettiv ġdid – One News

Notifiki

Il-LESA bi ftehim kollettiv ġdid


Fil-ġimgħat li ġejjin l-uffiċjali tal-komunità responsabbli mill-infurzar u l-ħaddiema fl-ammnistrazzjoni tal-Aġenzija governattiva, il-LESA se jaraw żieda konsidervoli fil-pagi tagħhom.

Dan bis-saħħa ta’ ftehim kollettiv ġdid li ġie ffirmat it-Tlieta filgħodu mar-rappreżentanti tagħhom fil-Generali Workers Union.

Il-ftehim kollettiv ġdid ma jinkludix biss żidiet finanzjarjji konsiderevoli u sostenibbli, imma jipprovdu wkoll għal żieda fil-ġranet tas-sick leave, bank tal-leave, trasferiment tal-vacation leave, paid u unpaid leave.

Il-Kap tal-Aġenzija Ray Zammit qal li l-ftehim kollettiv ġdid iħares ukoll li jħarreġ lill-ħaddiema u jagħtihom opportunitajiet ġodda, assigurazzjoni u kodiċi ta’ dixxiplina ġusta u ekwa.

Is-Sur Zammit tenna li dawn il-kundizzjonijiet jservu ta’ motivazzjoni għall-ħaddiem u jagħtu inkoraġġiment sabiex dan ix-xogħol jitqies bħala karriera. Hu spjega“Kien hemm ċertu għaqal kif għandha timxi din ir-refgħa ta’ faxxa ta’ pagi u anke allowances oħrajn u iva nemmen li biha issa ġew paċi ma ħaddiema oħra.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Owen Bonnici laqa’ dan il-ftehim u faħħar il-miżuri sostenibbli u konsiderevoli li ddaħħlu fih fosthom laqgaħt informattivi għall-uffiċjali biex jiżdied aktar għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq.

Il-Ministru Bonnici sostna: “Wara li mexxejna ‘l quddiem tant xogħol li huwa importanti fejn tidħol l-aġenzija issa kien imiss il-ħaddiema jkollhom titjieb fil-kundizzjonijiet tagħhom. Dawn ġew wara negozjati pjuttost twal mal-General Workers Union li għamlet xogħol tajjeb ħafna li nixtieq nirringrazzja. Nemmen dan il-pakkett finanzjarju llum ipoġġi x-xogħol ta’ uffiċjal tal-komunità fir-rispett li jixraqlu.” 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis saħaq li okkażjonijiet bħal tal-lum huwa pass ieħor l’quddiem għal aktar bidliet pożittivi fi ħdan l-aġenzija LESA.

Is-Segretarju Parlamentari Parnis stqarr: Aħna nemmnu li l-ħaddiem huwa mportanti fix-xogħol, fil-ħidma u żgur huwa prijorita’ fil-ħidma ta’ dan tal-Gvern.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend