Frank V.Farruiga nħatar chairperson tal-Awtorità tax-Xandir. Fi stqarrija tal-Gvern intqal li l-ħatra saret mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru wara li kkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni li qabel ma’ din i-nomina tal-Prim Ministru.
Is-Sur Farrugia hu għandu snin twal ta’ esperjenza fit-tmexxija u fil-ħimda ta’ ażjendi u għaqdiet kemm privati u kemm pubbliċi.
Huwa okkupa bosta karigi fosthom President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Is-Sur Farrugia beda l-karriera tiegħu fid-Dipartiment tal-Inġinerija fi ħdan ir-Rediffusion u dan l-aħar inħatar Direttur tal-Eurochambers li tirrappreżenta għoxrin miljun negozju madwar l-Ewropa.
Is-Sur Farrugia inħatar fil-kariga wara li s-Sur Martin Micallef li serva bħala Chairman tal-Awtorità tax-Xandir għal miet ħabta u sabta ftit tal-ġimgħat ilu.