Mara titlef ħajjitha wara li waqgħet siġra fuqha kawża ta’ maltemp qawwi fi Spanja – One News

Notifiki

Mara titlef ħajjitha wara li waqgħet siġra fuqha kawża ta’ maltemp qawwi fi Spanja

Maltempata qawwija ħakmet il-kosta mal-Oċejan Atlantiku u t-tramuntana ta’ Spanja u l-Italja, matul il-jum tal-Ħadd.

Din il-maltempata tant kemm kienet qawwija li waqqgħet xi siġar li b’konsegwenza t’hekk ingħalqu xi toroq.

Fil-Lbiċ ta’ Franza, ix-xita qawwija għarraq villaġġi sħaħ, b’14,000 dar spiċċaw mingħajr provista tad-dawl.

Fir-reġjun tal-Bask, ir-riħ laħħaq il-forza ta’ madwar 100 kilometru fis-siegħa. Kawża t’hekk, f’Mallorca mara ta’ 37 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet siġra tal-palm fuqha, waqt li kienet mixja mar-raġel u t-tifla tagħha.

Fl-Italja, numru ta’ familji ġew evakwati mill-villaġġ ta’ Sesta Godano kawża tal-għarrar.

Sittin persuna jinsabu iżolati hekk kif l-unika triq li waslhek lejn il-villaġġ waqgħet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend