Il-Partit Nazzjonalista ftit li xejn jista’ jkun kredibbli meta jitkellem dwar il-ħatriet tal-ġudikatura u s-sentenzi tal-istess Qrati li ma jiqafx jattakka.
Fuq kollox kien dan il-gvern li wettaq il-bidliet li naqqsu l-poter tal-Prim Ministru fil-ħatra ta’ ġudikanti ġodda.
Qabel ġudikant kien jaħtru direttament il-Prim Ministru.
Illum il-Prim Ministru jrid joqgħod fuq il-parir ta’ kummissjoni magħmula minn persuni bħal Prim Imħallef, l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali.
Dan wara bidliet li mexxa ‘l quddiem dan il-gvern u li l-istess Oppożizzjoni vvotat favurihom, inkluż min illum qiegħed jgħid li huma ħżiena. Tant li huwa għalhekk ukoll li l-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli.
Iktar minn hekk il-gvern diġa’ wera li hu dispost ikompli jagħmel bidliet u l-oppożizzjoni dan tafu għaliex kien Adrian Delia nnifsu li faħħar il-konsultazzjoni li hemm għaddejja bejn iż-żewġ naħat.