34 kumpanija jridu jiksbu liċenzja tal-assi finanzjarji virtwali – One News

Notifiki

34 kumpanija jridu jiksbu liċenzja tal-assi finanzjarji virtwali

Mal-34 kumpanija li kapaċi jipprovdu servizz f’assi finanzjarji virtwali ressqu quddiem l-MFSA biex jiksbu l-liċenzja li jipprovdu servizz fis-settur tal-assi finanzjarji virtwali magħrufa bħala VFA.

21 minn dawn il-kumpaniji jispeċjalizzaw ma’ servizzi marbuta mal-cryptocurrency.

Dan kollu ħareġ meta s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Silvio Schembri inawgura l-uffiċini l-ġodda ta’ Dr. Werner & Partner ġewwa Santa Venera. Din hija ditta multidixxiplinarja ta’ avukati, esperti għall-konformità internazzjonali u l-liġi tat-taxxa internazzjonali, accountants, u konsulenti finanzjarji.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega kif din il-kumpanija, flimkien ma’ oħrajn għarfu l-qafas regolatorju b’saħħtu li għandu pajjiżna u b’hekk għażlu hawn sabiex jistabilixxi l-kwartieri ġenerali tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal: “Uffiċċju internazzjonali ġie jistabilixxi il-headquaters tiegħu hawn Malta tista tgħid minn żewġ impjegati kiber din is-sena għal ħamsa u tlettin impjegat u għal ħamsin impjegat sal-aħħar ta’ sena dieħla. Dan kollhu applikaw ukoll għall-liċenzja tal-VFL biex umbad  eventwalment  jopperaw is-servizz tagħhom fuq il-blockchain. U allura qed naraw issa numru ta opperaturi , qadni kif ħabbart  ukoll li hemm erba’ u tlettin opperatur li applikaw il-liċenzja tal-VFA sabiex hemmek inkomplu naraw l-ekosistema tagħna  fi-industrija gdida tal-blockchain u tal-cryptocurrency topera ġewwa pajjiżna.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Philipp Sauerborn sejjaħ lil Malta bħala l-gżira ideali biex jirnexxu, fejn qal: “Tax’s addvisor from Germany we could see the opportunities what this island is giving to Europe.

Il-Kap Eżekuttiv stqarr li bħala aġenti tal-assi finanzjarji virtwali jistgħu jħajru kumpaniji oħrajn li jagħżlu lil Malta li qed tkun pijuniera f’qasam li għad iqalla’ l-ħobża ta’ kuljum lil bosta żgħażagħ f’dak kollu marbut mal-ekonomija diġitali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend