Skejjel privati jingaġġaw 81 għalliem barrani – One News

Notifiki

Skejjel privati jingaġġaw 81 għalliem barrani

L-iskejjel privati raw żieda ta’ wieħed u tmenin edukatur ġdid li huma barranin.

Dan żvelatu l-gazzetta MaltaToday li qalet li l-kunċett ta’ ingaġġ ta’ għalliema barranin ilu jiġi implimentat għal numru ta’ snin.

Jirriżulta li fi skejjel privati, għalliema barranin hemm madwar ħamsa u tletin fi skejjel sekondarji, sittax fi skejjel primarji, tmienja u għoxrin LSEs u żewġ edukaturi tal-kindergarten.

Sors tal-gazzetta qal li l-fenomenu ta’ għalliema barranin mhuwiex kunċett ġdid. Saħansitra għandu jitqies bħala idea essenzjali li tikkumplimenta s-suq tax-xogħol.

Il-Fakulta tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta qablet mal-idea filwaqt li ħeġġet lill-Gvern biex jinċentiva aktar studenti jagħżlu din il-karriera dinjituża.

Kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol stqarr mal-gazzetta li għall-kuntrarju tal-perċezzjoni preżenti, huma ħafna dawk l-istudenti li qed jistudjaw biex isiru għalliema.

Din id-domanda tkompli tikber minħabba li l-Gvern qed jimraħ f’edukazzjoni speċjalizzata u personalizzata għall-istudenti. Is-sillabi differenti fl-iskejjel sekondarji kien fattur ieħor għala d-domanda qed tkompli tikber.

Skont informazzjoni li tħabbret fil-parlament, jidher li preżentament hemm ħamest elef, ħames mija, ħamsa u ħamsin għalliem, tmien mija u żewġ edukaturi tal-kindergarten u tlett elef, tmien mija u sitta u tletin LSE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *