Il-baġit li preżenta l-gvern ftit tal-ġimgħat ilu kien deskritt bħala wieħed tajjeb mill-Maltin. Dan kemm meta mistoqsija kif se jolqot lilhom personali kif ukoll lill-pajjiż. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ppubblikat fuq il-maltatoday iġib it-titlu “Budget gets high ratings.”
46.6% tawh marka għolja meta mistoqsija kif jolqot lilhom personali u 38.5% tawh marka medja. Kienu biss 14.9% li tawh marka baxxa għal din il-mistoqsija.
Meta mbagħad kienu mitluba jgħidu kif iħossu li mar il-pajjiż b’dan il-baġit li għandu t-tema Malta Inkomplu Nikbru Flimkien 54.8% taw marka għolja lil dan il-baġit u 35.1% tawh marka medja. Kienu biss 10.1% li għal din il-mistoqsija taw marka baxxa lill-baġit.
Anke jekkk il-Partit Nazzjonalista ħareġ jiddeskrivi dan il-baġit bħala wieħed mingħajr pjan u kritikah fuq kull lat, kemm meta mistoqsija kif marru personalment u anke meta mitluba jgħidu kif mar il-pajjiż, kienu minoranza tan-Nazzjonalisti li l-baġit ma tawhx marka tajba bil-maġġoranza jirrikonoxxu li kien wieħed tajjeb.