AĠĠORNAT: Ħadd midrub wara li ajruplan żgħir ġarrab xi ħsarat waqt l-inżul fl-Ajruport – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ħadd midrub wara li ajruplan żgħir ġarrab xi ħsarat waqt l-inżul fl-Ajruport

Ħadd ma ndarab f’inċident li seħħ dalgħodu fl-ajruport meta ajruplan żgħir li kien qed jagħmel inżul, ġarrab xi ħsarat.

Kien għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu meta pumpiera stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta daħlilhom rapport li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħhom f’inċident li kien jinvolvi ajruplan żgħir.

Flimkien mal-Pulizija, huma kkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit ħin.

Fi stqarrija tal-ajruport ingħad li r-runway primarja ingħalqet għal xi ħin minħabba dan l-inċident, iżda l-ħidma konġunta bejn il-ħaddiema wasslet biex fi ftit ħin, il-ħidma kompliet bla xkiel u l-operazzjonijiet reġgħu lura għan-normal.

Filfatt ma kien hemm l-ebda dewmien sinifikanti fl-iskeda tat-titjiriet tal-ajruport minħabba l-għeluq tar-runway.

Dwar il-każ għaddejja investigazzjoni biex tistabilixxi x’ikkawża dan l-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend