Johnson ma jaċċettax l-offerta ta’ Farage – One News

Notifiki

Johnson ma jaċċettax l-offerta ta’ Farage

Il-Prim Ministu Ingliż, Boris Johnson, irrifjuta s-suġġeriment li għamlulu Nigel Farage u l-President Amerikan, Donald Trump biex jifforma koalizzjoni flimkien mal-Partit Brexit għall-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit. Il-mexxej Konservattiv qal li huwa dejjem grat għall-parir iżda jridx li jidħol f’koalizzjonijiet waqt kampanji elettorali. Johnson ikkumenta dwar dan wara li Trump sejjaħ il-koalizzjoni bħala forza b’saħħitha.

Sorsi minn Downing Street qalu li ma jarawx li hemm ċirkostanzi li fiha l-Partit Konservattivi Ingliż għandu jaħdem mal-Partit Brexit. Waqt intervista mal-BBC, Johnson qal li koalizzjoni ma kwalunkwe partit tista’ sarraf f’riskju, li fis-siġġu tal-Prim Ministru Ingliż, ikun hemm il-mexxej tal-Partit Labutista Ingliż, Jeremy Corbyn u jekk dan iseħħ se jkun ifisser aktar dewmien għall-ftehim Brexit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend