Dylan Mc Kay ta’ 25 sena mill-Fgura ġie akkużat li weġġa’ gravi lil Warren Farrugia żagħżugħ ta’ 28 sena.
Il-każ ġara matul illejl li għaddha fl-istabbiliment Havana f’San Ġiljan. L-akkużat faqa’ tazza f’moħħ iż-żagħżugħ l-ieħor. Meta l-Pulizija marru fl-istabbiliment qal lil Pulizija biex jagħmlu xogħolhom u kkopera mal-Pulizija.
Huwa wieġeb mhux ħati. Fil-Qorti qal li jaħdem bħala xufier.
Huwa ġie akkużat li huwa riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest. Fil-Qorti ħareġ li diġà hemm każ ieħor bejn l-akkużat u l-vittma, fejn aktar kmieni din is-sena huwa hedded lil vittma li jaghħmilu bomba.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri.
Il-Maġistrat Victor Axciak ħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.
Il-Maġistrat ordna sabiex jinżamm arrestat.