ARA: Disa’ ġrajjiet tal-iħirsa f’Malta miġbura fil-ktieb tal-‘comics’ – One News

Notifiki

ARA: Disa’ ġrajjiet tal-iħirsa f’Malta miġbura fil-ktieb tal-‘comics’

Wicked Ghost Stories of Malta’.

Dan huwa l-isem ta’ ktieb b’ġabra ta’ stejjer tal-ħares li huma tradizzjonijiet Maltin u li qegħdin f’forma ta’ comics.

Fost l-istejjer hemm dik tal-Blue Lady fil-Palazz tal-Verdala u l-istorja tal-aħħar qassis li qaddes fil-Katidral ta’ San Ġwann.

Dan il-ktieb sar b’iniżjattiva ta’ Wicked Comics flimkien ma’ Heritage Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti, u tnieda s-Sibt filgħodu waqt il-11-il edizzjoni tal-fiera Malta Comic Con, fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Owen Bonnici.

Din il-fiera ta’ jumejn qed tara mijiet ta’ esebituri kemm lokali kif ukoll internazzjonali, li taħt saqaf wieħed qed jesebixxu x-xogħol tagħhom, kif spjega l-organizzatur Fabio Agius.

Agius qal: “Ikun hemm il-cos play li huwa importanti fiha li jkollok żgħażagħ jilbsu ta’ karattri li jħobbu huma u nagħmluwhom competition għal min ikollu l-aqwa kostum u l-aqwa esebizzjoni. Plus hekk għandna gaming section, game bil-consols, table top gaming u board games.”

L-artist Dean Fenech li ilu għomru jpinġi qal ma’ dan l-istazzjon li l-interess fil-comics f’pajjiżna qed jiżdied, u l-affarijiet li jara madwaru jispirawh biex jagħmel kotba tal-comics.

Hu spjega:“Jiena minn dejjem kont inpinġi, ommi kienet tgħidli li dejjem kont inpinġi. allura dejjem kont nikteb l-istejjer u npinġihom, allura l-ħajra minn dejjem hemm kienet.”

Meta żar il-fiera, il-Prim Ministru kellu ċ-ċans jiltaqa’ u jitkellem ma’ dawk li użaw il-fiera bħala vetrina għax-xogħol tagħhom, u ammira t-talent li għandhom u awguralhom kull suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend