ARA: Dawra mal-gwida fil-muża – One News

Notifiki

ARA: Dawra mal-gwida fil-muża


F’dawra ma’ gwida fil-mużew tal-arti fil-Belt Valletta il-MUŻA, wieħed jista’ jinnota bi prominenza l-arti barokka tas-seklu sbatax, b’mod partikolari fil-parti ddedikata għall-mapep Ewropej, fejn hemm ‘il fuq minn 450 mappa – b’erba’ minnhom imorru lura għal żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Il-gwida Maria Galea tkellmet dwar parti oħra fil-mużew li hija dwar il-kapitali Maltija, fejn fost l-oħrajn hemm pittura li turi l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Galea spjegat: “Hawnhekk għandna kwadru bil-faċċatta tal-kon-katidral ta’ san ġwann fiż-żmien tal-1630 u għandna l-purċissjoni tat-8 ta’ settembru li hija l-victory day.”

F’parti oħra tal-mużew, il-gwida spjegatilna li hemm diversi pitturi baroki tas-seklu 17.

“Ix-xogħlijiet diversi huma ta’ artisti barranin fosthom Taljani, Franċiżi, Spanjoli u minn naħa ta’ fuq tal-Ewropa u ħafna minnhom huma żejt fuq it-tila. Din il-kollezzjoni nġabret bis-saħħa ta’ Vincenzo Bonello li kien l-ewwel kuratur tal-mużew tal-arti f’Malta.”

Il-gwida qalet kif dawn il-pitturi qegħdin f’dan il-mużew u f’pajjiżna bis-saħħa tal-Kavallieri għax kienu ġejjin minn 8 pajjiżi differenti, u magħhom ġabu dawn ir-rikkezzi.

Din id-dawra mal-gwida hija esperjenza li kulħadd jista’ jkollu meta jżur il-mużew – li matul il-jum tas-Sibt fetaħ bla ħlas għall-pubbliku f’open day.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend