Uffiċċji ġodda ta’ transport Malta f’Ħal Lija – One News

Notifiki

Uffiċċji ġodda ta’ transport Malta f’Ħal Lija

Mit-Tnejn li ġej, Transport Malta se tiftaħ uffiċċji ġodda f’Ħal Lija bil-għan li żżid l-effiċjenza u l-aċċessibilità l-aktar għan-nies li jgħixu fit-Tramuntana ta’ Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Joseph Bugeja qal li l-uffiċini ġodda se joffru ħafna mis-servizzi li sal-ġurnata tal-lum jingaħtaw biss mill-uffiċċji li għandha f’Raħal Ġdid. Dan sar sabiex l-awtorità jkollha aktar postijiet minn fejn il-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar.

Hu stqarr: “Il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju se jagħti faċilità li ċittadin Malti li qabel kien limitat li ried immur bilfors raħal ġdid. Issa se jkollu żewġ alternattivi jista jmur kemm raħal ġdid in-naħa ta’ South u kemm Ħal Lija in-naħa tan-North. Hawnekkk se naqdu il-klijenti b’ servizzi identiċi fuq iż-żewġ naħat.”

Waqt li ddawwar mal-uffiċini l-ġodda f’Ħal Lija, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg laqgħa l-impenn tal-awtorità li testendi s-serivzzi tagħha għall-klijenti li jfittxu aktar kumdità u għalhekk se jkunu jistgħu jagħżlu minn fejn jinqdew.

Il-Ministru Borg sostna: “Importanti għaliex l-awtorità mħux biss ħa tkompli tagħti is-servizz lil 500 persuni li resqu il-quddiem għal diversi servizzi relatati mal-karozzi mal-vetturi u xuffiera li jsuqu fil-pajjiż. Imma ukoll se tkunu qed tagħti dak is-servizz eqreb lejn iċ-ċittadin eqreb lejn il-kommunità għaliex għandek servizz minn ħal lija għaliex huwa post ċentrali u servizz li huwa fis-South dak ta’ raħal ġdid li diġà minn hemmek għandek numru ta’ uffiċċjali jagħtu servizz ta’ eċċcellenza kuljum.

Intant mistoqsi minn ONE News dwar l-attakk mill-Partit Nazzjonalista fuq il-proġett tal-flyover tal-Marsa, il-Ministru Borg wera l-fiduċja sħiħa tiegħu fil-ħaddiema Maltin u barranin li qed jaħdmu fuq dan il-proġett.

“Bl-arroganza kollha jiġi jikkritika lil Gvern u jgħid li sfrundat il-flyover meta fil-verità jiena meta tkellimt ma nies ta’ Infrastrcute Malta li tant qed imexxu dan il-proġett b’tant galbu kien spjegat lili li hemmek kien il-post  fejn ħa jkun hemm l-expansion joint u bażikamennt se jkun hemm saff ieħor ta’ asfalt illi se jingħata fl-aħħar tal-proġett għaliex se jkun tarmak speċjali  li ħa jkun qed jintuża għal l-ewwel darba fuq it-toroq tagħna”, temm jgħid il-Ministru Borg.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *