Malta u l-UNESCO: Appell lin-nazzjonijiet biex jutilizzaw id-diplomazija kulturali bħala għodda biex jippromwovu l-paċi u t-tolleranza – One News

Notifiki

Malta u l-UNESCO: Appell lin-nazzjonijiet biex jutilizzaw id-diplomazija kulturali bħala għodda biex jippromwovu l-paċi u t-tolleranza

L-importanza storika u ġeografika tal-gżejjer Maltin jagħmluha ideali bħala l-pajjiż li tmexxi ‘l quddiem id-diplomazija kulturali madwar id-dinja.

Stqarret dan il-mibgħuta speċjali tal-UNESCO Hedva Ser, li sostniet kif pajjiżi mad-dinja kollha jistgħu jutilizzaw id-diplomazija kulturali bħala għodda biex jippromwovu t-tolleranza u l-ftehim bejn in-nazzjonijiet.

Hija spjegat: “Its such a diversity, when we see all the religions and when you see all the people around the world coming here. Also the historic importance of Malta, which is in the middle of the Mediterranean. So this is the ideal place to move on for cultural diplomacy.”

Hija tinsab Malta flimkien ma’ 20 artist minn pajjiżi madwar l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-proġett Art Camp Malta li qed jittella’ fit-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex.

Fost dawn hemm Alexandra Sand, artista viżiva mir-Rumanija, li ma’ dan l-istazzjon qalet kif ix-xogħol artistiku tagħha tnebbaħ mill-leġġenda ta’ Calypso.

Sand stqarret: “I started create (sic) transition between the legend of Calypso because I’m really inspired by dialyn and also what’s happening today in the world and how we are triggering each other and challenging each other.”

Fissret kif tinsab sodisfatta li tagħmel parti minn inizjattiva għall-paċi fid-dinja. Hija tenniet: “This action it really gives me hope for the future that we managing to be so together and friends it gives me the hope that we can do it as humans all over the world.”

Sentiment espress ukoll mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

Il-Ministru Abela qal: “Minkejja d-differenzi kulturali li jistgħu jeżistu, dawk id-differenzi mhumiex li jifirduna imma li jgħaqqduna. Fil-fatt iktar sinjuri minħabba d-differenzi kulturali li għandna kemm dak li għandu x’jaqsam reliġjon, il-lingwa u ħwejjeġ oħrajn li forsi naraw bħala differenza.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend