Kor Malta jiftaħ is-separju għall-ewwel darba fl-istorja tal-kultura Maltija – One News

Notifiki

Kor Malta jiftaħ is-separju għall-ewwel darba fl-istorja tal-kultura Maltija

 

Kor Malta se jissokta bir-rappreżentazzjonijiet fit-Teatru Manoel wara inizjattiva li ttieħdet mill-Kunsill Malti għall-Arti biex pajjiżna jkollu kor nazzjonali.

Waqt it-tnedija tal-programm meqjus ambizzjuż minn Kor Malta, intqal li dan huwa proġett eċċitanti li mistenni jsaħħar lil bosta.

Id-direttur artistiku tal-kor , Riccardo Bianchi spjega kif se hemm programm impenjattiv li fost l-oħrajn se jfakkar lil kompożitur Ludwig van Beethoven. Huwa spjega: “Our projects are basically from baroque, baroque repertoire, we will do an homage to Bethoveen for his 250 year anniversary with an interesting programm in Manoel Theatre performing The Ruins of Athens which is a gem in the repertoire not very often represented.”

 Il-kor huwa magħmul minn membri tal-kor tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u membri ġodda li mistennija jpaxxu lill-udjenzi f’diversi okkażjonijiet u avvenimenti ta’ livell għoli kemm f’pajjiżna u anki lil hinn minn xtutna.

Fost l-oħrajn il-koristi jridu minn kmieni jsaħħnu l-garġi biex ikantaw mas-sebħ, f’okkażjoni speċjali li se ssir fit-tempji tal-Imnajdra.

Bianchi tenna: “A project, choral music, contemporary choral music performed in Mnajdra temples. The mass is called Sunrise Mass and we will perform that mass at six o’clock in the morning while the sun rise effectively. So we are trying even to use and to perform in different places, different, not only auditorium or church.”

Preżenti għat-tnedija tal-programm kien hemm il-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici saħaq li Kor Malta diġà beda jikseb suċċess anki fl-ewwel xhur mindu twaqqaf.

Il-Ministru Bonnici stqarr: “Dawn it-tip ta’ entitajiet li għandhom l-għan li jmexxu l’quddiem l-kultura ta’ pajjiżna. Inti biex tħobb lill-pajjiżek trid tkun bniedem illi tmexxi l’quddiem l-kultura ta’ pajjiżek. Aħna  nemmnu għalhekk dan li qed nagħmlu ħa jgħin biex pajjiżna jkompli jimxi l’quddiem.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend