Jiċċelebraw il-qaddisin fil-lejla tal-Halloween – One News

Notifiki

Jiċċelebraw il-qaddisin fil-lejla tal-Halloween

Lejlet li l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-qaddisin kollha, il-parruċċani ta’ Ħaż-Żebbug niedew inizjattiva ġdida li għandha l-għan li tiċċelebra l-qaddisin kollha.

Għal din l-attività, l-istatwa ta’ San Filep, ta’ San Ġużepp, tal-Madonna tar-Rużarju u ta’ San Ġwann l-Evanġelista reġgħu ħarġu min-niċċa tagħhom għad-devozzjoni taż-Żebbuġin.

Libsin flokkijiet bojod jew b’kuluri ċari, it-tfal tar-raħal ħadu magħhom xemgħa u bosta bottijiet ta’ preserves biex jingħataw għall-karità.

Ix-xemgħa tbierek u nżammet għand it-tfal bl-Arċipriet Daniel Cardona jistqarr ma’ ONE News l-importanza ta’ din l-attività ġdida għal Malta.

Huwa spjega li “Jidher li l-poplu irrispondi għaliha, il-poplu Żebbuġi u anke oħrajn biex jiċċelebraw dan il-jum u jidher li dan il-mument qed jigri f’mument sabiħ ħafna fejn qed niċċelebraw propju il-ħajjiet tal-qaddisin kemm magħrufa u kemm dawk li ma nagħrufhomx. Għalhekk qed niċċelbraw il-qaddisin kollha flimkien.”

Din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb ukoll minn bosta tfal. Dawn huma wħud mill-kummenti tat-tfal:

“Ħalli mmur nara il-qaddisin joħorġu.”

“Biex niċċelebraw il-festa tal-mejtien kollha.”

“Jien ġejt hawnekk biex niċċelebra il-festa tal-qaddisin kollhu umbad wara sejjer trick or treating.”

“Biex insib il-Bambin.”

Iċ-ċelebrazzjoni ttellgħet fl-istess waqt li bosta tfal lebsin kostumi tal-biża’ rħewlha jħabbtu l-bibien jitolbu l-ħelu bħala parti mit-tradizzjoni fil-Kultura Amerikana tal-Halloween. Tradizzjoni li mhix nieqsa mill-kontroversji għall-fatt ukoll li tiġi ċċelebra lejlet li l-Knisja tfakkar lill-qaddisin kollha.

Fl-aħħar ġimgħat kienu bosta r-reliġjużi li wissew li l-festa tal-Halloween fiha perkli kbar għax skonthom tiċċelebra l-biża’ u l-makabrità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend