Il-PN issa jikkwotaw lil min xebgħu jattakkaw – il-PL – One News

Notifiki

Il-PN issa jikkwotaw lil min xebgħu jattakkaw – il-PL

Il-Partit Laburista sostna li filwaqt li l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi f’awtonomija u skont il-politika eżistenti, jinnota li l-Kunsill b’maġġoranza tal-Partit Laburista fil-Qala se jappella mill-permess li ngħata għall-bini ta’ Villa f’żona rurali fil-Qala.

Fl-istess ħin innota wkoll li l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali kien diġà talab għal reviżjoni tal-politika eżistenti.

Intant, il-Partit Laburista nnota wkoll li l-Partit Nazzjonalista, ikkwota entitajiet bħall-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA).

Il-Partit Laburista qal li din hi awtorità awtonoma oħra li ħolqot riforma ta’ dan il-Gvern biex titkellem f’isem l-ambjent. Saħansitra l-liġi tagħtiha s-saħħa biex tappella minn dan il-permess.

Il-Partit Laburista saħaq li kien għall-Partit Nazzjonalista dan id-dritt ma jeżistix.

Fuq kollox qal li huwa ironiku kif issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jikkwota l-ERA wara li tant ipprova jimminaha fl-aħħar xhur billi jgħid li huma irrelevanti u saħansitra jattakka personalment it-tmexxija tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend