BIR-RITRATTI: Arrestati ħames żgħażagħ fuq droga – One News

BIR-RITRATTI: Arrestati ħames żgħażagħ fuq droga

Ħames żgħażagħ ta’ bejn is-17 u d-19-il sena ġew arrestati fuq droga.

Fi stqarrija l-pulizija spjegat l-iskwadra ta’ kontra d-droga arrestat erba’ irġiel u mara wara tfittxijiet f’Ħal Luqa.

Mgħejjuna fost l-oħrajn mis-sezzjoni tal-klieb, il-pulizija qalet li ż-żgħażagħ instabu li kienu fil-pussess ta’ boroż bil-pjanta tal-kannabis u pakketti b’sustanza bajda suspettata droga kokaina.

Il-pulizija qed iżomm il-ħames persuni biex jgħinu fl-istħarriġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *