BIL-FILMAT: Il-President tal-MFA jgħid li se joffri appoġġ psikoloġiku lill-klabbs – One News

BIL-FILMAT: Il-President tal-MFA jgħid li se joffri appoġġ psikoloġiku lill-klabbs

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Bjorn Vassallo ta dettalji ta’ dak li ġara propju lbieraħ filgħaxija fil-grawnd taċ-Ċentinarju fejn il-plejer Yau-Mun Law ta’ 36 sena li jilgħab ma’ Santa Venera tah attakk tal-qalb.

“Il-missier ta’ żewġ t’itfal ingħata l-ewwel għajnuna mit-tabib tal-MFA li kien fil-grawnd”, spjega Bjorn Vassallo meta kien mitlub jirreaġixxi għal dan il-każ fuq il-programm ONE Breakfast.

Fl-istess programm ta’ filgħodu fuq ONE, il-President tal-MFA saħaq li l-klabbs u dawk li kienu preżenti għal-logħba huma taħt xokk u l-MFA se toffri appoġġ psikoloġiku.

Bjorn Vassallo spjega li fi staġun sħiħ ta’ logħob tal-MFA ikun hemm mal-ħames t’elef logħba u jekk mhux ambulanza f’kull logħba futbol għaliex hemm ħafna, spjega li l-MFA qed taħdem biex ikun hemm vettura tal-emerġenza f’żewġ naħat tal-pajjiż biex tintervjeni mal-ewwel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend