Se jiġi ddeportat wara li bagħbas il-karta tal-identità – One News

Notifiki

Se jiġi ddeportat wara li bagħbas il-karta tal-identità

Xhuljo Jazshi, raġel Albaniż ta’ 24 sena ntbagħat sitt xhur ħabs u wara se jkun deportat lura pajjiżu wara li wieġeb ħati li għamel użu minn karta tal-identità li ma kienitx tiegħu.

Fil-Qorti, l-Ispettur Darren Buhagiar qal kif l-Albaniż inqabad jumejn ilu meta kien sejjer lejn Gatwick b’karta tal-identità Griega. Huwa ammetta mal-pulizija li ħallas €600 għaliha u għamel hekk għax ried ħajja u xogħol aħjar fl-Ingilterra għall-familja tiegħu fl-Albanija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend