Awstralja – dramm b’kuntest storiku u soċjali – One News

Notifiki

Awstralja – dramm b’kuntest storiku u soċjali

Awstralja – dramm mill-pinna ta’ Joseph Vella Bondin, dramm rebbieħ tat-tielet premju fil-konkors imniedi mill-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti, Premju Ġieħ Francis Ebejer fl-2007, fl-istess sena dan id-dramm kien itella’ għall-ewwel darba. Is-Seven8 Drama Troupe se tkun qed itella’ dan id-dramm mill-aqwa, propju 12-il sena wara. Dan id-dramm huwa miktub f’kuntest storiku soċjali, fejn l-awtur irnexxielu joħloq traġedja personali familjari minn sitwazzjoni li f’dak iż-żmien tas-sittinijiet, Malta kienet għaddejja minnha.

Awstralja, dramm fuq żewġ atti, dramm bil-Malti b’xalata ta’ emozzjonijiet kontrastanti, grazzi għall-interpretazzzjonijiet eċċellenti tal-bosta atturi li qed jieħdu sehem f’dan id-dramm, b’direzzjoni ta’ Tanya Aguis Borg.

Awstralja se jittella nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fis-7:30 u fis-6:30 rispettivament fit-Teatru Dun Mikiel Xerri, Ħaż-Żebbuġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend