Il-Ministru Carmelo Abela jappella għal impenn iktar b’saħħtu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija – One News

Il-Ministru Carmelo Abela jappella għal impenn iktar b’saħħtu bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela pparteċipa fir-raba’ sessjoni tas-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u d-Dinja Għarbija li sar fAteni fid-29 ta Ottubru 2019. It-tema ġenerali tas-summit kienet Sħubija Strateġika, li kienet iffokata fuq oqsma ġodda dwar kooperazzjoni u investimenti ekonomiċi, inklużi fl-oqsma tal-enerġija, il-kummerċ, ix-xjenza, it-teknoloġija, u l-kura tas-saħħa.

Is-summit ġab flimkien Prim Ministri u Ministri tal-Affarijiet Barranin minn pajjiżi Ewropej u Għarab kif ukoll rappreżentanti ta’ livell għoli minn fora reġjonali tal-Mediterran. Il-Ministru Abela għamel diskors waqt sessjoni ta bord, intitolata Il-Ħtieġa ta Approċċ Ġdid Ewropew-Għarbi.

Matul l-indirizz tiegħu, il-Ministru enfasizza l-importanza li l-Ewropa u d-Dinja Għarbija jaħdmu flimkien, u ddikjara li l-paċi u l-prosperità fil-viċinat komuni tagħna jinkisbu biss permezz ta sforzi konġunti u kkoordinati.

Il-Ministru enfasizza l-importanza ta impenn kontinwu bejn l-Unjoni Ewropea u d-Dinja Għarbija. Filwaqt li saħaq dwar l-importanza tal-prosperità ekonomika fil-viċinat tagħna, il-Ministru Abela tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata aġenda ta kooperazzjoni pożittiva, speċjalment fl-oqsma tal-kummerċ, l-enerġija, ix-xjenza, teknoloġiji emerġenti, ir-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa. Huwa importanti li jkun hemm ambjent li jippermetti li jinkoraġġixxi skambji bħal dawn fdawn l-oqsma.

Il-Ministru rrefera wkoll għall-isforzi kontinwi ta Malta biex tippromwovi dan l-impenn, billi semma l-ewwel Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija li seħħet Malta, kif ukoll l-preżenza tal-European Commission-League of Arab States Liaison Office (ECLASLO) fMalta.

Huwa essenzjali għall-pajjiżi Ewropej u Għarab biex ikomplu japprofondixxu r-relazzjonijiet waqt li jesploraw toroq ġodda ta kooperazzjoni.

Fdan il-kuntest, il-Ministru Abela enfasizza l-importanza taż-żgħażagħ, soċjetajiet aktar inklussivi, prosperità ekonomika, u prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli li għandhom jibqgħu fuq quddiem fl-isforzi kollettivi Ewro-Għarab.

Fil-marġini tas-summit, il-Ministru Abela kellu wkoll laqgħa qasira mad-Deputat Prim Ministru tal-Palestina Nabil Aburdeineh, li matulu d-diskussjonijiet iffukaw prinċipalment fuq l-aħħar żviluppi reġjonali fil-Mediterran u fil-Proċess ta Paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP).

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend