Tkompliet il-kumpilazzjoni ta’ Francesco Fenech u Lorin Scicluna mixlija bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane – One News

Notifiki

Tkompliet il-kumpilazzjoni ta’ Francesco Fenech u Lorin Scicluna mixlija bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane

“X’inhi l-problema? Fejn hu Lassana issa?” – hekk xehed immigrant li kien jaf sew lil vittma.

Dalgħodu fil-qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Francesco Fenech ta’ 21 sena u Lorin Scicluna ta’ 22 sena akkużati bil-qtil tar-raġel mill-Kosta tal-Ivorju, Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena.

Mistoqsi mill-ispettur Keith Arnaud, l-immigrant, Mohmaddum li ilu 12-il sena jgħix Malta f’Birżebbugia qal li kien jaħdem u jgħix mal-vittma Cisse.

Huwa beda jistaqsi u qal li ma jistax jifhem għalxiex ġralu hekk Cisse.

Xehed ukoll Roderick Pace mill-kumpanija Schembri & sons. Hu u Cisse kienu ilhom erba’ snin jaħdmu flimkien. Qal li qatt kellu problemi ma Cisse u qatt ma kien involut f’xi argumenti.

Ara wkoll:

“Jien ma qtilt lil ħadd” – Lorin Scicluna lill-pulizija

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend