Johnson jaf ikun barra qabel il-Milied – One News

Notifiki

Johnson jaf ikun barra qabel il-Milied

Kollox qed jindika għall-elezzjonijiet ġenerali fil-bidu ta’ Diċembru fir-Renju Unit. Dan hekk kif il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, ħabbar li l-partit li jmexxi huwa lest għall-elezzjoni bikrija.

Ilbieraħ, il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, tilef il-vot fil-Parlament Ingliż għall-mozzjoni biex tisejjaħ elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru li ġej. Però llum mistenni jerġa’ jipprova jgħaddi mozzjoni oħra bit-tama li l-membri parlamentari li diġà mblukkaw dan il-vot tliet darbiet.

Il-Partit Nazzjonali Skoċċiż u d-Demokratiċi Liberali jridu li l-elezzjoni ssir fid-9 ta’ Diċembru, dan sabiex jimpedixxu lill-Prim Ministru Ingliż milli jimbotta l-ftehim Brexit mill-Parlament.

Sorsi minn No. 10 sostnew li jaċċettaw li l-elezzjoni ssir fil-11 ta’ Diċembru minflok fit-12 u dan sabiex il-partiti politiċi l-oħra jkunu flimkien mal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend