Ir-Renju Unit b’elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru – One News

Ir-Renju Unit b’elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru

B’438 favur, u 20 kontra, il-House of Commons ivvutat għal elezzjoni bikrija għat-12 ta’ Diċembru.

Issa jmiss li dan il-vot jiġi approvat mill-House of Lords, biex għall-ewwel darba mis-sena 1923, fir-Renju Unit ikun hemm elezzjoni f’Diċembru.

Jekk dan iseħħ, jiskattaw ħames ġimgħat ta’ kampanja għall-elezzjoni ġenerali bikrija.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-poplu Ingliż għandu jingħata deċiżjoni dwar il-futur tal-pajjiż kif ukoll dwar Brexit, u jinsab lest li jiġġieled elezzjoni ġenerali iebsa.

Min-naħa tiegħu, il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li elezzjoni ġenerali bikrija se tagħti opportunità unika biex il-pajjiż jinbidel.

Il-Prim Ministru Johnson qed jittama li l-elezzjoni tagħtih mandat ġdid għall-ftehim tiegħu dwar Brexit, wara li dan ġie ttardjat għall-31 ta’ Jannar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *