L-uffiċċju Nazzjonali tla-Istatistika qal li sal-aħħar ta’ Settembru kienu lliċenzjati kważi 395 elf vettura/ Miċ-ċifri joħroġ li aktar minn 77 fil-mija tal-vetturi li ġew illiċenzjati fl-aħħar tliet xhur huma karozzi privati.
Iċ-ċifri tal-NSO juru f’sena mit-tielet kwart tas-sena l-oħra ħarġu aktar minn 12,300 vettura, medja ta’ 33 kuljum.
Mill-karozzi liċenzjati fl-aħħar tliet xhur kien hemm 6,680 vettura ġdida fjamanta u 3,757 vettur li kienu diġà użati.
Joħroġ ukoll li matul l-istess perjodu aktar minn elfejn u mitt karozza ġew skepjati.
L-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika żied jgħid li sal-aħħar ta’ Settembru li għadda, il-karozzi elettriċi u ibridi telgħu għal aktar minn tlett elef u sebgħa mitt vettura. Imqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, kien hemm żieda ta’ aktar minn 164 fil-mija.