Francois Zammit ta’ 41 miż-Żejtun sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd ġie arrestatat fuq traffikar ta’ droga kokaina u eroina u li kellu fil-pusses tiegħu arma mhux liċenzjata.
Zammit kien diġa’ ġie arrestat fuq każ ieħor f’Lulju li għadda xħin daħal sabiex jisraq mid-dar tal-kunjata tiegħu fiż-Żejtun billi tela’ b’sellum minn mal-faċċata għal fuq il-bejt, filwaqt li ingħata l-liberta proviżorja għal każ separat li seħħ f’Awwissu.
Għalkemm iż-Żejtuni ċaħad l-akkużi kontrih huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia.
Intant, ma’ Zammit ġew arrestati wkoll mara ta’ 41 sena mix-Xgħajra u Taljan ta’ 28 sena li joqħod Wied il-Għajn.
L-arresti saru wara jiem ta’ osservazzjoni meta ġiet innutata attivita’ suspettuża f’razzett fiż-Żejtun.
Minn tfittxija li saret fir-razzett instabu xi pakketti bil-kokaina u l-eroina lesti għat-traffikar, kif ukoll affarijiet relatati mat-traffikar tad-droga.
Fil-vettura taż-Żejtuni nstabet ukoll pistola u iktar pakketti bl-eroina.
Il-mara u t-Taljan mistennija jitressqu wkoll il-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużati bil-pussess sempliċi tad-droga kokaina.