L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ddeskriva l-kumment tad-deptuat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia bħala xejn feliċi u skorrett.
L-Ispeaker qal dan f’ruling li ngħata fis-seduta tat-Tnejn filgħaxija dwar talba ta’ ksur ta’ privileġġ li talbet Farrugia fil-konfront ta’ Azzopardi. Dan wara li fuq Facebook kiteb Farrugia kienet qed tistieden lill-pubbliku biex jikser il-liġi.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Ispeaker sab li ma kienx hemm ksur ta’ privileġġ għall-fatt li l-ilment ma tressaqx fl-ewwel seduta filgħodu kif jitolbu r-regoli tal-kamra. Dan għax Farrugia saret taf bil-kumment waranofsinhar.
L-Ispeaker temm ir-ruling tiegħu billi ħeġġeġ għal kummenti korretti u fidili mid-deptutati tal-Kamra.