BIL-FILMAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Ħamrun – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 82 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-06:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija rriżulta li l-anzjan mill-Ħamrun kien milqut minn vettura ta’ tip Peugeot misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Santa Venera.

Fuq il-post issejħet ambulanza li minnufih ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonjiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend