Pierre Portelli joħroġ kontra Francis Zammit Dimech – One News

Notifiki

Pierre Portelli joħroġ kontra Francis Zammit Dimech

L-ex Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli ħareġ kontra l-ex Ministru Francis Zammit Dimech li l-Erbgħa li għadda ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkontesta lil Clyde Puli għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

F’kummenti lill The Malta Independent, Portelli qal li mhux se jikkontesta għall-kariga minkejja li kienu bosta li ħeġġewh biex jerġa’ jidħol fil-partit/  Kariga li kif diġà jidhru l-affarijiet, se terġa’ toħroġ fil-beraħ il-ġlieda għall-poter bejn il-fazzjoni ta’ Busuttil u ta’ Delia.

Portelli rriżenja minn kap tal-midja Nazzjonalista wara ġlied kbir intern ma’ grupp ta’ deputati fil-fazzjoni ta’ Busuttil li fis-sajf li għadda pprovaw iqaċċtu ‘l barra lil Delia minn kap tal-partit. Dab wara t-telfa umiljanti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali f’Mejju li għadda.

Qabel ħareġ għall-aħħar darba mid-Dar Ċentrali, Portelli qal li l-partit Nazzjonalista jrid jitnaddaf minn persuni li għandhom intenzjonijiet ħżiena.

Portelli li ħadem mill-qrib ta’ Puli biex Delia jieħu t-tmexxija tal-Partit qal li Puli għandu bżonn miin jgħinu u mhux min jikkontestah kif iddikjara li se jagħmel Zammit Dimech.

Qal li meta Gonzi tilef lil Joe Saliba minn Segretarju Ġenerali, ħallas prezz politiku qawwi u l-istess ġralu Simon Busuttil meta ħeles minn Chris Said.

Hawnhekk fetaħ attakk fuq l-ex Segretarji Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier u Rosette Thake, żewġ esponenti tal-fazzjoni ta’ Busuttil u attribwixxa r-riżultati elettorali diżastrużi li ġarrab il-partit Nazzjonalista għan-nuqqas ta’ strateġija u kapaċitajiet li għandhom.

Portelli ħareġ ukoll kontra l-bidla fl-istatut proposta minn Louis Galea li twaqqaf deputati milli jikkontetaw għall-karigi fil-partit.

Fakkar li Borg Olivier u Thake, ma kinux deputati u l-partit mar mill-ħażin għall-agħar taħt it-tmexxija tagħhom.

Sostna li Zammit Dimech m’għandux jikkontesta lil Clyde Puli għax skontu jista’ jħarbatlu dak li bena fl-aħħar sentejn flimkien mat-tmexxija tal-partit.

Portelli saħaq li Puli għandu jingħata l-appoġġ kollu biex jibqa’ Segretarju Ġenerali iżda qal li biex jagħmel dan irid jidħaq iktar biex in-nies jifhmuh aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend