Maltija tiffirma mat-tim Taljan Chievo Fortitudo – One News

Notifiki

Maltija tiffirma mat-tim Taljan Chievo Fortitudo

L-attakkanta internazzjonali Maltija, Ylenia Carabott iffirmat mal-club tas-Serie B, Chievo Fortitudo.

Din se tkun it-tielet avventura ta’ Carabott barra minn xtutna fil-karriera tagħha meta lagħbet għaż-żewġ clubs Svediżi, Alby FF u Ange IF.
Prodott ta’ Hibernians, Carabott rebħet kull unur li joffri l-football tan-nisa f’ pajjiżna qabel ma fil-bidu tal-istaġun li għadda hija ngħaqdet ma’ Birkirkara b’ self.

Iżda wara li għenet lill-Istripes jirbħu d-double hija ngħaqdet magħhom b’mod permanenti.

Carabott hija l-ħames player li qed tilgħab barra l-pajjiż bl-oħrajn ikunu Shona Zammit (Pink Bari), Martin Borg (Sassari Torres), Nicole Sciberra (Juventus) u Emma Lipman (Floretina San Gimignano).

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend