Eluf jispiċċaw ‘il barra minn djarhom wara nirien f’Kalifornja – One News

Notifiki

Eluf jispiċċaw ‘il barra minn djarhom wara nirien f’Kalifornja

Miljuni ta’ persuni minn Kalifornja se jispiċċaw mingħajr elettriku. Dan waqt li membri mit-tifi tan-nar jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-istat.

Fil-midja ntqal kif jaf jinqata’ d-dawl f’sitta u tlettin pajjiż hekk kif hu mbassar li se titqawwa l-forza tar-riħ li tista’ tikkawża aktar ħsarat lill-faċilitajiet tal-provvista tal-elettriku u b’hekk jiġu kkawżati nirien oħra.

Din it-twissija ħarġet fil-beraħ wara li aktar minn ħamsin elf persuna kellhom jitilqu minn djarhom kawża tan-nirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend