L-Awtorità tal-Ippjanar se tirrevedi l-politika rurali – One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar se tirrevedi l-politika rurali

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tkun qed tirrevedi l-politika ta’ gwida għad-disinn fiż-żoni rurali li kienet ġiet ippubblikata fl-2014.

L-Awtorità fetħet konsultazzjoni li se ddum miftuħa sa nofs ix-xahar id-dieħel.

L-għan tar-reviżjoni huwa li jintlaħqu l-miri tal-pjan strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp u anki dawk tal-programm nazzjonali tal-iżvilupp rurali.

L-istqarrija spjegat ukoll li din ir-reviżjoni tal-politika rurali se tara l-aġġornar tal-proviżjonijiet eżistenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend