Jibdew jitqiegħdu l-pedamenti tal-pont il-ġdid fi Vjal l-Avjazzjoni – One News

Jibdew jitqiegħdu l-pedamenti tal-pont il-ġdid fi Vjal l-Avjazzjoni

Ħaddiema tal-Aġenzija Infrastruttura Malta qed iqiegħdu l-pedamenti ta’ l-istrutturi bir-rampi li se jwieżnu l-pont il-ġdid ta’ Vjal l-Avjazzjoni,
Il-pont se jintuża minn ċiklisi u minn persuni li jkunu miexjin fit-triq biex jaslu għan-naħa l-oħra ta’ Vjal l-Avjazzjoni b’mod aktar sigur.

F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook, l-Aġenzija qalet ukoll li għaddej xogħol fuq il-bini tal-bażi tal-ħadid tal-pont. Mat-tlestija tiegħu dan se jipprovdi aċċess sigur u effiċjenti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Ħal Luqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend