Il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima li mistenni jkun sottomess lill-Kummissjoni Ewropea sa l-aħħar tal-2019 – One News

Notifiki

Il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima li mistenni jkun sottomess lill-Kummissjoni Ewropea sa l-aħħar tal-2019

Beda x-xogħol fuq ir-rinovazzjoni tal-binja tal-proġett tar-Reverse Osmosis ta’ Għawdex. S’issa tlestew sitt ibjar ta’ 100 metru fond u tlestiet ukoll it-toqba taħt qiegħ il-baħar. Sabiex fix-xhur li ġejjin jibda jitqiegħed il-makkinarju.

Ħabbar dawn id-dettalji l-Ministru għall-enerġija Joe Mizzi f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-budget 2020, fejn qal li dan il-Gvern huwa determinat li tagħti ilma ta’ kwalita lil kulħadd.

Il-Ministru Joe Mizzi stqarr: “Naraw is-sostenibillità. Imma apparti naraw li l-pajjiz ikollu l-stess livell u naghtu l-aqwa ilma biex anki kulħadd iserraħ moħħu.”

Tkellem dwar l-investiment ta’ €33 miljun, fejn qali li qegħdin ġimgħat ‘il bogħod minn meta se jkunu qed jitniffdu l-ewwel żewġ sezzjonijiet tal-mina bejn l-Ibraġġ u Pembroke. Xogħol li se jsir sabiex il-mina tkun tal-aqwa livell.

Il-Ministru Joe Mizzi enfasizza li qegħdin jittieħdu miżuri biex ikollna arja aktar nadifa, tiżdied l-effiċjenza u jitjieb is-servizz li jingħata lill-konsumatur.

Hawnhekk semma l-proġett ta’ Ħal Saptan.

Qal Il-Gvern, permezz tal-kumpanija Enemed, ser jkompli jaħdem biex jipprovdi fjuwil ta’ kwalita tajba, għaldaqstant se titkompla l-ħidma mill-kumpanija fejn fost il-proġetti li qed isiru għall-immodernizzar tal-installazzjonijiet f’Ħas-Saptan u Ħal Luqa, se jkun qed jinbidel il-moll eżistenti tal-fjuwil fil-bajja ta’ Marsaxlokk bi struttura moderna tal-azzar.

Kif dawn il-proġetti msemmija jkunu finalizzati se jippermettu l-għeluq darba għal dejjem ta’ żewġ impjanti li hemm Birżebbuġa, bir-resident ilhom għal dawn is-snin ibatu minn inkonvenjent.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li f’dawn l-aħħar tliet snin biss ingħataw €1,200,000, fejn gawdew 2,100 familja fl-installazzjoni ta’ Solar Water Heaters, Roof Insulation, Double Glazing jew Heat Pumps.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend