Il-11-il edizzjoni tal-‘President’s Solidarity Fun Run’ se ssir fl-24 ta’ Novembru  – One News

Il-11-il edizzjoni tal-‘President’s Solidarity Fun Run’ se ssir fl-24 ta’ Novembru 

Wara s-suċċess tal-edizzjonijiet passati, il-fun run tal-President se terġa’ ssir bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Il-11-il edizzjoni tal-fun run se ssir fl-aħħar Ħadd ta’ Novembru b’rotta ta’ 11-il kilometru.

Minbarra t-tluq mis-Saqqajja fl-10 ta’ filgħodu, il-pubbliku jista’ jibdiha bil-mixi minn Santa Venera, mill-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u mill-Università.

Il-President George Vella ħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu sehem f’din il-ġirja bil-għan li l-Malta Community Chest Fund tibqa’ għaddejja b’ħidmietha u ssostni persuni li jftixxu l-għajnuna tagħha.

Il-President, George Vella stqarr: “Wieħed jara minn sena għal sena li żdiedet. Dis-sena rridu nkunu hemm ukoll għax hija manifestazzjoni ta’ għaqda Nazzjonali u kulħadd jikkontribwixxi bil-preżenza tiegħu u x-xi ħaġa żgħira li titħallas tmur għall-Community Chest Fund.”

L-organizzatur tal-Fun Run u Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar, qal li l-Fun Run timxi id f’id mal-viżjoni ta’ Sport Malta li tħeġġeġ il-pubbliku biex ikun attiv fiżikament.

Din is-sena l-attività kisbet ukoll l-appoġġ tal-kumpanija żEnemed’. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija, Kevin Chircop qal se toffri l-opportunità lill-pubbliku biex jirreġistra għaliha minn diversi pompi tal-petrol madwar il-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ta ħajr lill-entitajiet kollha li taw l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva.

Ir-reġistrazzjoni għall-Fun Run tista’ ssir minn fuq is-sit elettroniku tal-Malta Community Chest Fund, mill-Palazz tal-President fil-Belt jew Sant’Anton

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend