Riċerka dwar l-edukaturi fis-settur tal-iskejjel tal-istat – One News

Notifiki

Riċerka dwar l-edukaturi fis-settur tal-iskejjel tal-istat

Il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema ħabbru flimkien li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li ser jixħet dawl fuq l-isfidi fil-professjoni tal-għalliema u r-realtajiet li jaffaċċjaw l-edukaturi fil-ġurnata tax-xogħol tagħhom.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet hekk kif intqal li dan l-istudju ser isir mal-għalliema u l-edukaturi kollha fl-iskejjel tal-istat.

Il-Professur Mark Borg li se jkun ir-riċerkatur ewlieni ta’ dan l-istudju li għandu jitlesta sa Marzu li ġej, spjega l-metodoloġija li ser tintuża.

Borg spjega: “Il-metodoloġija li beħsiebna nużaw tikkonsisti primarjament minn informazzjoni li diġà għandna minn studju oħra li għamilna dan l-aħħar snin kif ukoll minn dak li jingħata lill-MUT mill-membri tagħha. Imma wkoll umbgħad ser norganizzaw dawk li jissejħu focus groups mas-setturi kollha kif ukoll umbgħad finalment surveys mal-edukaturi kollha kemm huma.”

Il-President tal-MUT, Marco Bonnici uża metafora biex spjega dan l-istudju fuq is-sistema edukattiva.

Bonnici sostna:Hija X-RAY tas-sistema edukattiva li tirrigwarda kundizzjonijiet tax-xogħol, sfidi li għandhom l-edukaturi, li tirrigwardja ic-challenges li hemm u l-għan tagħna huwa li ntejjbu iċ-ċirkustanzi abbażi ta’ dan l-istudju u oħrajn li saru riċentament.”

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar din ir-riċerka kien hemm l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fakkar kif l-età medja tal-għalliema hija waħda żagħżugħa.

“Dan huwa indikatur li jassigura futur sabiħ għas-settur edukattiv”, saħaq il-Ministru Bartolo.

Saħaq li dan l-istudju għandu jwassal biex titejjeb l-esperjenza u l-kontribut edukattiv tal-edukaturi f’kull ċirku skolastiku.

Qal li din ir-riċerka se tkun qed tevalwa l-esperjenza umana fl-iskejjel u anki tħares lejn aspetti importanti fil-ħajja edukattiva fosthom l-amministrazzjoni fi skola, l-ambjent fil-klassi, is-sostenn tal-ġenituri u anki l-ħarsien tal-edukaturi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend