Imfakkar Jum il-Kottonera – One News

Notifiki

Imfakkar Jum il-Kottonera

L-Erbgħa filgħxija, fil-Knisja Kolleġjata ta’ Bormla tfakkar Jum il-Kottonera b’kunċert mużikali.

Dan il-kunċert tmexxa mill-Maestro Ray Sciberras fejn indaqqu siltiet mużikali ta’ kompozituri mill-Kottonera li kienu ilhom ma jindaqqu fil-knejjes.

Fost il-korijet preżenti f’dan il-kunċert kien hemm kor magħmul bit-tfal tal-iskejjel mill-Kulleġġ ta’ Santa Margerita u mill-Kulleġġ De La Salle.

Għal dan il-kunċert ingħaqdu flimkien it-tlett ibliet flimkien mal-Kalkara, sabiex flimkien iċċelebraw kif jixraq it-23 t’Ottubru – Jum il-Kottonera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend