Id-deċiżjoni ta’ l-estenzjoni ta’ ‘Brexit’ mistennija tittieħed għada – One News

Notifiki

Id-deċiżjoni ta’ l-estenzjoni ta’ ‘Brexit’ mistennija tittieħed għada

Il-mexxejja Ewropej ser jiltaqgħu għada fi Brussell sabiex jiddiskutu u jiddeċidu jekk m’għandhomx jagħtu 3 xhur estenzzjoni ta’ Brexit lir-Renju unit.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea kollha ser jappoġjaw din l-estenzjoni minbarra Franza li għandha d-dubji tagħha.

U jekk hu hekk, ikollu jissejjaħ summit b’urġenza sabiex il-mexxejja jiddeċidu kif ser ikun il-futur tar-Renju Unit.

Intant il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson insista li l-Ingilterra ser tkun qed tħalli l-Unjoni Ewropea l-ġimgħa d-dieħla, anke mingħajr qbil.

Żied jgħid li jekk il-mexxejja jiddeċidu li jagħtu 3 xhur estenzjoni, huwa ser ikun qed isejjaħħ elezzjoni bikrija.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend