AĠĠORNATA: Ħabta bejn mutur u karozza f’Marsaskala – One News

AĠĠORNATA: Ħabta bejn mutur u karozza f’Marsaskala

Raġel ta’ 39 sena minn Ħaż-Żabbar ttieħed l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Triq Sant’Antnin Marsaskala.

Ir-raġel li kien qed isuq mutur tal-għamla Kymco għal xi raġuni baqa’ dieħel f’karozza ta’ tip Peugot 206 misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn Marsaskala.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:55 ta’ filgħodu. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *