Tliet impjegati f’supermarket tressqu l-qorti mixlija li serqu b’sebat elef ewro f’ikel minn supermarket.
Maria Genovese ta’ 34 sena minn Bormla, Braydon Pace ta’ 21 sena mill-Marsa u żagħżugħ ta’ 17-il sena li ma jistax jissemma tressqu l-qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
L-Ispettur Colin Sheldon akkuża lit-tlieta li huma b’serq aggravat. Pace waħda ġie mixli li sar reċediv.
Il-każ seħħ f’Settembru li għadda. Hu mifhum li l-biċċa l-kbira tal-oġġetti huma prodotti tal-ikel.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għat-talba tal-ħelsien mill-arrest sakemm jiġu osservati kundizzjoni stretti. Huwa żied jgħid li t-tlieta li huma obdew il-kundizzjonijiet marbuta mal-police bail.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u tathom il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ bejn €500 u €1,500.