Festa ta’ ċikkulata fil-Ħamrun nhar is-Sibt li ġej! – One News

Notifiki

Festa ta’ ċikkulata fil-Ħamrun nhar is-Sibt li ġej!

Nhar is-Sibt 26 t’Ottubru, se ssir il-11-il edizzjoni tal-Festival tac-Ċikkulata fil-Ħamrun.

Bħal snin oħra se jkun hemm għażla wiesa’ ta’ ċikkulata minn madwar id-dinja flimkien ma’ prodotti u ideat innovattivi, kultura, esebizzjonijiet, kant u ikel fost l-oħrajn.

Se jkun hemm ukoll tliet attrazzjonijiet biċ-ċikkulata bit-tema “Id-dinja tal-fantasiji”, bis-sehem ta’ tliet artisti taċ-ċikkulata ta’ fama mondjali.

Għall-ewwel darba wkoll, it-tfal mhux biss se jkollhom ċans iduqu ċ-ċikkulata, iżda wkoll ikunu kreattivi u se jkunu jistgħu jesperjenzaw iċ-ċikkulata b’mod differenti.

Kollox jibda fis-sitta ta’ filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġuzepp u fit-toroq tal-madwar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend