Il-PM jisħaq li se nkomplu nikbru flimkien – One News

Notifiki

Il-PM jisħaq li se nkomplu nikbru flimkien

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li matul is-sena d-dieħla pajjiżna se jirreġistra l-ħames surplus konsekuttiv li permezz tiegħu, il-Gvern qiegħed ikompli jippremja lill-familji bieżla u lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Qal li l-Gvern żied in-nefqa tiegħu b’€1,900 miljun tant kemm kibret l-ekonomija tal-pajjiż. Qal li għal kuntrarju ta’ dak li stqarr il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, nofs din iż-żjieda marret fuq l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u s-saħħa li rdoppjat meta mqabbel mal-2012.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat stqarr: “Surplus ma tħossux – le għax tnaqqis fit-taxxi, first time buyers, pensjonijiet. iżda defiċit tħossu għax zjieda fit-taxxi, kiontijiet, friza fil-pensjonijiet.”

Dr. Muscat innota li sena wara l-oħra pajjiżna kellu l-akbar rata ta’ tkabbir fl-impjiegi madwar l-Unjoni Ewropa  bir-rata llum qabżet it-73%. Qal li għall-kuntrarju ta’ dak li qal il-Kap Nazzjonalista, il-pagi f’Malta kienu tliet darbiet aktar minn dak li kkwota.

“Il-paga fl-2019 kienet €19484, fl-2018 kienet €18,942 + 3% tliet darbiet ir-rata li Adrian Delia ikkwota”, sostna l-Prim Ministru.

Dr Muscat esprima s-sodisfazzjon tiegħu li llum il-qgħad f’Matla huwa l-inqas fl-istorja ta’ pajjiżna u t-tieni l-inqas fiż-żona ewro.

Il-Prim Ministru tenna “u filwaqt li nifraħ li r-rata ta’ qgħad issa waqgħet għal 3.3%,l-inqas fl-istorja ta’ pajjiżna u t-tieni l-inqas fiż-żona ewro. Filwaqt li nifraħ li għandna anqas minn 1.7k jirreġistraw, l-anqas fl-istorja ta’ pajjiżna u kwart dawk fl-2013, nifraħ aktar meta nara li n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qegħdin jirreġistraw għal xogħol naqas bin-nofs.”

Dr. Muscat sostna li dan il-budget għandu l-għan li jgħin lil min l-aktar li għandu bżonn u għalhekk reġa’ żied il-pensjonijiet, din id-darba b’sebgħa ewro fil-ġimgħa.

Il-Prim Ministru stqarr: “It-tnejn għollejna l-pensjonijiet. inthom għollejtu l-età tal-pensjoni, aħna għollejna ċ-ċekk tal-penjsjoni.”

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-qasam edukattiv u qal li sas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun nefaq id-doppju ta’ dak li ntefaq fl-2012 fejn fost oħrajn il-Gvern żied l-edukaturi b’aktar minn 1,500 żieda ta’ 14%. Semma wkoll li bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat is-sena l-oħra, l-għalliema ħadu żieda ta’ aktar minn €580 kull sena, u l-għalliema li kienu ilhom jgħallmu aktar minn 20 sena ħadu €2,000 benefiċċju fis-sena li qatt ma kellhom qabel.

Irrkonoxxa  li minkejja li ksibna riżultatii tajbin biex għall-ewwel darba fl-istorja dawk bejn 25 u 64sena għandhom minn tal-inqas edukazzjoni post sekondarja fadal ħafna xi jsir biex fost oħrajn ikomplu jonqsu dawk li jitilqu kmieni mill-iskola.

“Għalhekk somma rekord fl-edukazzjoni, mhux biss bini iżda fuq kollox nies, taħriġ u strutturi”, qal il-Prim Ministru.

Tkellem ukoll dwar bosta skemi li ħabbar il-Gvern biex jgħin aktar koppji jsiru sidien ta’ darhom u semma kif fl-aħħar snin kompliet tiżdied ir-rata ta’ persuni li saru sidien ta’ darhom: “F’sitt snin aktar minn tletin elf familja saru sidien ta’ darhom għall-ewwel darba.”

Hawnhekk innota bosta żbalji fattwali li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-qasam tal-housing: “Saret taħraq qalbhom għall-housing iżda lanqas fatti bażiċi korrett – stennija għall-post mhix 4,000 iżda 1,949 u llum qed nagħmlu l-ikbar investiment fil-bini ta’ housing soċjali minn żmien Mintoff l’ hawn 1700 unit.”

Il-Prim Ministru fakkar ukoll kif bil-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar snin, eluf ta’ familji ħarġu mill-faqar.

Adrian Delia stqarr: żieda fin-nies jgħixu fil-faqar

Il-faqar naqas bi 13K. Qlajna 28 elf minn severe material deprevations. Target tfal f’faqar ilqaljnieh.

Fl-għeluq tad-diskors tiegħu, il-Prim Ministru sostna li se jibqa’ jaħares ‘il quddiem biex inkomplu nibnu flimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend