Matul l-2020 se jitlestew l-ewwel appartamenti minn 1,000 ‘unit’ ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali – One News

Notifiki

Matul l-2020 se jitlestew l-ewwel appartamenti minn 1,000 ‘unit’ ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali


Is-sena d-dieħla se jitlestew l-ewwel appartamenti minn 1,700 unit ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali b’invesitment ta’ aktar minn €100 miljun.

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-budget għas-sena 2020 fl-inħawi ta’ Farsina f’Ħal Qormi li huwa l-ikbar qasam tad-djar f’pajjiżna.

Minkejja li jgħin li min huwa verament fil-bżonn biex ikollu akkomodazzjoni xierqa, il-Gvern huwa impenjat li jgħin liż-żgħażagħ u l-familji ħalli jaslu biex jakkwistaw dar għal familja tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Galdes sostna: “Naħdmu fuq il-bini ta’ houising. Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Kirkop. Qegħdin inwettqu wegħda elettorali filwaqt li nbiddlu l-housing benefit dan kollu qiegħed isir għax għandna ekonomija b’saħħitha.”

Waħda mill-miżuri tal-budget għas-sena d-dieħla għandha l-għan li tassissti lil dawk li għandhom bejn 21 u 39 sena, permezz ta’ self sa massimu ta’ €17,500 biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Bl-ammont imbagħad jitħallas fuq numru ta’ snin, mingħajr ebda imgħaxijiet.

Filwaqt li dawk li għandhom aktar minn 40 sena se jkomplu jibbenefikaw mill-iskema tal-equity sharing. Skema li tgħin lil dawk eliġibbli biex jixtru nofs il-propjetà filwaqt li l-parti l-oħra tinxtara mill-Awtorità tad-Djar. Is-sehem tal-Awtorità jkun jista’ jinfeda sa 20 sena wara bil-prezz oriġinali.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li l-Gvern reġa’ saħħaħ il-benefiċċju tal-kera. Persuni single li għandhom dħul annwali sa massimu ta’ kważi €20,000 se jkunu eliġġibli, filwaqt li qabel kienet għal dawk li jaqilgħu sa €14,500.

Id-dħul annwali ta’ koppji b’żewġt itfal biex ikunu eleġibbli għas-sussidju tal-kera ser jitla’ għal €32,000 minn €28,600.

Dan filwaqt li se tkun estiża l-iskema tal-first time buyers. Kull min jixtri l-ewwel propjetà, se jiffranka sa €6,500.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li l-miżuri mħabbra fil-budget jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ faxex differenti tas-soċjetà.

Qal li b’dawn il-miżuri qegħdin nindirizzaw ukoll is-suq tal-housing f’pajjiżna b’mod ħolistiku.

Huwa tkellem ukoll dwar ix-xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni li qiegħed isir f’bosta binjiet tal-housing.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend