Malta b’surplus ta’ €235.6 miljun fl-2018 – it-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

Malta b’surplus ta’ €235.6 miljun fl-2018 – it-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea

Matul is-sena li għaddiet, il-Gvern irreġistrat surplus ta’ aktar minn 235 miljun ewro. Dan wara li fl-aħħar tliet xhur tas-sena, il-Gvern spiċċa minn fuq b’aktar minn 18-il miljun ewro.

Ċifri maħruġa fl-istess jum mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet Malta u l-Ġermanja kellhom it-tieni l-ogħla surplus fil-finanzi tal-Gvern, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Miċ-ċifri uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika skont l-obbligi tal-Maastricht li jgħoddu għall-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro, joħroġ li  is-surplus ta’ Malta kien ekwivalenti għal 1.9% tal-Prodott Domestiku Gross.

Dan meta r-regoli Ewropej jobbligaw lill-pajjiżi msieħba fiż-żona ewro ma jkollhomx żbilanċ ta’ aktar minn 3%u dejn pubbliku li ma jaqbiżx is-60%.

Fil-fatt miċ-ċifri finanzjarjji mibgħuta lill-Unjoni Ewropea skont l-obbligi Ewropej, joħroġ li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, il-livell tad-dejn ta’ pajjiżna kien ferm aħjar minn dak li jesiġu r-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Fil-fatt, matul is-sena li għaddiet, id-dejn ta’ Malta niżel għal 45.8% tal-Prodott Domestiku Gross. Fil-fatt matul is-sena l-oħra, id-dejn ta’ Malta naqas b’41 miljun ewro.

Ir-rekord amministrattiv tat-Teżor juru wkoll li fit-tieni kwart ta’ din is-sena, il-Gvern għamel surplus ta’ 19,700,000 ewro.

Iċ-ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju, id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi 90 miljun ewro.

Miċ-ċifri joħroġ ukoll li l-garanziji tal-Gvern sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda naqsu bi tmien miljun u 500,000 ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.

Intant miċ-ċifri tal-NSO jirriżulta wkoll li €30 minn kull 100li nefaq il-Gvern is-sena l-oħra marret f’salarji, €26 għall-benefiċċji soċjali, 18-il ewro għal xiri ta’ oġġetti u servizzi u €8 għall-investiment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend