Ma jinstabx ħati li forna bl-armi lir-reġim ta’ Gaddafi – One News

Notifiki

Ma jinstabx ħati li forna bl-armi lir-reġim ta’ Gaddafi

Michael Azzopardi li għandu liċenzja biex ibigħ l-armi ġie immultat €3,500 anki jekk ma nstabx ħati fuq numru ta’ akkużi marbuta ma’ każ ta’ bejgħ ta’ 23,000 balla lil Libjan li kien meqjus qrib ferm tal-Jamaharija, l-istituzzjoni li kien ħoloq il-Kurunell Muammar Gaddafi.

Azzopardi ma nstabx ħati fuq akkużi ewlenin fosthom li għen f’kumplott ta’ bejgħ ta’ munizzjon lil persuni qrib il-Jamaharija u li b’hekk kiser sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda kontra nies qrib ir-reġim ta’ Gaddafi.

Minkejja dan huwa instab ħati li ma bħala liċenzjatur biex ibigħ l-armi ma għamilx inventarju u anki biegħ kunsinja ta’ munizzjoni lil persuna li ma kelliex liċenzja tal-pulizija.

Permezz tal-avukati tiegħu Joe Giglio u Patrick Valentino, Azzopardi argumenta li huwa ma kienx jaf fejn kienu sejrin l-armi u l-balal u qatt ma staqsa dan lil-Libjan.

B’rabta mal-istess każ, il-Libjan Feraj Issa Ali Yacoob weħel sena ħabs sospiżi għal sentejn talli mingħajr awtorizazzjoni daħħal f’pajjiżna xogħol ta’ splussiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend