Infrastructure Malta ħawlet mal-100 siġra oħra fit-toroq fl-inħawi tas-Saqqajja, fi Triq it-Tiġrija u Triq l-Infetti u f’Ta’ Qali, ħdejn l-iStadium Nazzjonali.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li s-siġar tħawlu f’toroq li m’humiex fost dawk li se jinbnew mill-ġdid permezz tas-CentralLinkProject, fejn se jitħawlu mijiet ta’ siġar oħra.
Huwa żied jgħid li l-Gvern mhu iħawwal biss siġar fejn ikun hemm bżonn li jinqalgħu oħrajn, iżda qed jaħdem bla heda biex jinħolq ambjent isbaħ u aktar sostenibbli fit-toroq kollha f’pajjiżna.