Id-diskors tal-Kap tal-PN kien negattiv u injora għalkollox il-baġit – il-PM – One News

Notifiki

Id-diskors tal-Kap tal-PN kien negattiv u injora għalkollox il-baġit – il-PM

Il-Prim MinistruJospeh Muscat iddeskriva d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala negattiv fejn injora għalkollox il-baġit għas-sena d-dieħla.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qal li agħar minn hekk, id-diskors tal-Kap Nazzjonalista kellu lemħiet xenofobiċi fejn jipprova jġelled lill-Maltin mal-barranin.

Dr Muscat fisser dan id-diskors bħala populista li faċli tagħmlu imma fil-verità tkun qed tiżra’ żerriegħa perikoluża ta’ mibegħda għas-snin li ġejjin.

Innota wkoll kif Delia ma sabx ħin jikkummenta dwar l-ikbar żieda f’40 sena li ngħatat lill-pensjonanti ta’ €7 fil-ġimgħa u l-anqas il-fatt li l-Gvern reġa’ żieda il-leave tal-ħaddiema li għal sena oħra se jirċievu rifużjoni ta’ taxxa.

Il-Prim Ministru nnota wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjon naqas milli jikkummenta wkol dwar waħda mill-35 miżura ambjentali li ħa l-Gvern fil-qasam tal-ambjent fosthom il-projbizzjoni tal-plastik li jintuża darba biss li għandha tbiddel wiċċ il-pajjiż. Irrimarka f’diskors ta’ sagħtejn li matulu suppost kellu jwieġeb għad-diskors tal-baġit, wieġeb kollox ħlief il-baġit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend