Blokk 10 fl-Isptar Monte Karmeli se jinbidel f’ġnien terapewtiku – One News

Notifiki

Blokk 10 fl-Isptar Monte Karmeli se jinbidel f’ġnien terapewtiku

Din is-sena tnediet l-istrateġija għas-saħħa mentali li tiffoka fuq numru ta’ aspetti fosthom Monte Karmeli.

Sptar ta’ 150 sena b’numru kbir ta’ problemi li waħda waħda qed jiġu indirizzati.

Bħalissa qed jitneħħew pazjenti li l-professjonisti jemmnu li m’għandhomx bżonn ikunu f’Monte Karmeli u minflok jingħataw għajnuna fi djar residenzjali, u fil-fatt fl-aħħar xhur inħarġu 170 pazjent.

Żewġ proġetti kbar: blokk 1 u blokk 10. Blokk 1 hemm problemi ta’ soqfa, fejn tneħħew il-pazjent minn ġo fiha u hemm proġett biex jinbidlu s-soqfa. Xogħol fuq żewġ sulari li ġaladarba jkun lest se jkun hemm sittin pazjent. Blokk 10 hija binja li qiegħda ’l barra mill-isptar prinċipali. Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru ħabbar li din il-blokka se titwaqqa’ u titneħħa kompletament biex minflokha jinbena ġnien terapewtiku li jkun qed iservi ta’ benefiċċju għall-istaff u l-pazjenti. Żewġ proġetti kbar li mexjin f’Monte Karmeli.

Wegħda oħra tal-Gvern hija l-bini ta’ sptar ġdid tas-saħħa mentali li se jkun biswit Mater Dei u aċċessibbli għalih permezz ta’ mina.

Id-dettalji qed jiġu finalizzati biex ix-xogħol fuq dan il-proġett ta’ 55 miljun jibda dalwaqt. Dan il-proġett huwa ppjanat li jkun lest fl-2023.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend